AQSAM IT-TIFKIRIET TIEGĦEK – SHARE YOUR MEMORIES

Ħalli t-tifkiriet tiegħek fil-kummenti.

Write your recollections in the comments below.


Tista’ ttella’ ritratti, filmati jew reġistrazzjonijiet tal-awdjo. Jekk diġà ktibt xi affarijiet fuq il-mezzi soċjali, ħu screen-shot, u tellagħhom hawn ukoll.

You can upload photos, videos, or sound recordings. If you have already posted on social media, please take screen-shots and upload them here as well.

Ritratt ta’ / Photo by Lisa Attard.



Agħtu donazzjoni f’isem Andrew lir-Richmond Foundation – Malta, jew lill-Għaqda Residenti taż-Żurrieq, li bħalissa qed jissieltu biex iħarsu r-roqgħa taż-Żurrieq fejn Andrew twieled u trabba, mill-iżvilupp.

Give a donation in Andrew’s memory to the Richmond Foundation – Malta, or to Għaqda Residenti taż-Żurrieq, who are currently fighting to safeguard the area of Żurrieq he was born and raised, in from development.

Richmond Foundation – Malta: https://www.richmond.org.mt/donate/

Għaqda Residenti taż-Żurrieq: https://tinyurl.com/39wc2rv4 / IBAN MT05VALL22013000000050018945330.


Għaddiet sena

Mużika: Ramel, ta’ Andrew Schembri. Dawl: Toni Gialanze. Filmat: Clifton Fenech.


Awguri, Andrew – 12 ta’ Settembru, 2023


55 thoughts on “AQSAM IT-TIFKIRIET TIEGĦEK – SHARE YOUR MEMORIES

  1. L-1 ta’ Lulju 2023 13:53 (Inzommhu mal-LATE trademark taghna habib)

    Habib tieghi, dejjem kont hafna ahjar minnhi biex twassal messagg u qatt ma kont nimaginani li xi darba se nkun qed niktiblek dal-messagg, imma se nktbu bhal li kieku int qieghed hawn hdejja, tghini niktiblek dal-messag!!

    Minn x’hin qaluli bl-ahbar, hlief nintilef nahseb fik u nicassa ghal-tul ta’ hin twil, waqt li jahirbu s-sijat ma ghamiltx, umbad nirealizza li go mohhi qas fadal hsieb, u nistembah, u nerga nahseb fik! It-tip ta feedback loop li cert li kienet tqajjimlek interess tal-ostja hah! Wara ftit, dak l-iccassar u svintar ta’ hin kollhu irrealizajt li kien mohhi ihaffer fil-memorja, u bhal qisu xi home video qbadt niftakar u nerga nghix il-hafna hafna, HAFNA memorji li kreajna u qattajna flimkien!

    Ir-rollercoaster rides ta’ emmozjonijiet li hassejna, int u jien nahseb ftit kreaturi f’dal-univers hassewhom flimkien. Kemm daghjna u kemm tlabna. Kemm tnikkittna u kemm frahna. Kemm hdimna u kemm laghbna!! Hanin alla dejjem! L-iktar xogholijiet intensivi taghna, dejjem fl-ahhar ftit sekondi kienu jahdmulna. Nahseb parti minnha kienet taghmila apposta! Bhalikieku dik it-tbatija kienet neccesarja biex inhossu dak il-ferh ezagerat ta’ wara. Dak il-kuntrast enormi t’emmozzjoni, li dwejjaq stratosferiku, fi ftit sekondi jitrasforma f’ewforijja bla qies! Dawk il-mumenti li konna nahilfu ma nergawx naghddu minnhom, li bqajna naghddu minnhom u konna se nibqghu naghddu minnhom ghal omorna! Kemm ser nimmisja dik it taghnnieqa b’sahhita li konna naghtu lil xulxin wara mument hekk.

    Kemm se nimmisja it-taghnieqa ta’ kull darba li niltaqghu. Kemm se nimmisja dik id-dahka ezagerata tieghek bhal waqt xi cajta li hafna nies igibu ghajnejhom wara widnejhom. Kemm se nimmisja l-gherf li kont taqsam mieghi li bqajt u ser nibqa nuza. Kemm se nimmisja lehnek li jaf iwassal messagg iktar min pinna ta xi profeta. Kemm se nimmisja l-epressjoni ta’ wiccek (u kif itella l-eyebrows) meta jinkazzak xi hadd, fosthom jien! Kemm se nimmisja il-magijja li konna noholqu flimkien. Kemm se nimmisja l-konversazzjonijiet twal taghna, fuq kull tip ta suggett li toffri l-hajja f’di dimensjoni, u anka li jistaw joffru dimensjonijiet ohra li ma nafux bihom.

    Kemm qieghed, u se nimmisja il-presenza tieghek, ghandi genn biex nerga narak f’wahda minn dawk id-dimensjonijiet, li jien s’issa ghadni ma nafx biha, halli nkomplu fejn hallejna fratello! Kemm jien grat u furtunat li d-destin laqqana u qattajna daqsekk hin flimkien.

    Grazzi talli bil-presenza u l-ezempju tieghek ghallimtni nkun ahjar f’kull haga li miss b’idi! Inhobbok Andrew! Inhobbok!! ❤

    Nixtieq noffri kondoljanzi u kuragg lil familja Schembri kolla li dejjem laghqatni b’imhabba kbira, u l-dawk kollha li kienu furtunati biz-zejjed li d-destin f’xi hin laqahom m’Andrew!

    U issa… kompli dawwal l-alla, bhal ma dejjem ghamilt habib!!

  2. This past week I’ve reflected a lot on the past few months, and I felt Andrew’s presence more than ever. It was a week of reminiscing, light, and darkness. I worked with Andrew (and Antonella, Kamy, and Alba) for quite a few years and the majority of our work was with students. We created, we sang, we got frustrated, we laughed, we built sets, props. I learnt science experiments from Andrew and I sat near him as he experimented with different ways of creating music. I spent days with him on musical seesaws and we walked the corridors of the OPM touching signs that said “don’t touch”. We sat on little chairs and coloured in animal masks as a way of taking a breather after doing workshops with over 50 young students. We had coffee in Valletta surrounded by pigeons – which you hated (I can’t see a pigeon without laughing now). We washed so many paintbrushes and palettes. We shared so many memories. And he walked around in a t-shirt with my face on it.

    I had the opportunity of watching Tgħanniqa Xewkija which was part of this year’s festival. A performance that was originally created a few years ago. Listening to the music that Andrew adapted (this time being played by David, who added his own individual element to it, but reminded me so much of Andrew) brought warmth to my heart. I heard cheesy puns in the script that I just knew were his work, and I felt him with us all throughout the performance.

    This week has taught me that he’s always with us, and everywhere I look or work I see elements of him, a reminder of the legacy he started and continued to nurture.

    This week reminded me how lucky I am. How lucky I am that I had the opportunity to experience your light Andrew, and how lucky I am that I still feel you in the work I continue to do and watch.

    🪩

  3. Andrew, għażiż. Nimmisjak, naħseb fik u nibkik. Fost did-dieqa ukoll qed niċċelebrak. U nonorak. Qed nimmaġinak 🙂 Qed nimmaġinak idoqq il-kitarra fis-sħab. Tagħmel il-harmonies mal-anġli l-oħra u tgħidilhom li tixtieq tagħmel il-harmony mhux il-melodija primarja. Qed nimmaġinak shake it to the left, shake it to the right. Tgħidilhom li l-figolla t’ommok l-aqwa f’Malta għax bil-lumi. Qed nimmaġinak tifilosofizza ma’ Carl Jung u tiċċaċċra ma’ Freddie Mercury. Qed nimmaġinak fil-paċi Andrew. Strieħ ħi.

    Grazzi. Grazzi talli ftaħtli l-aperturi tal-perċezzjoni tiegħi. Talli għallimtni nidħak u nqaqi. Grazzi tal-forza tiegħek. Ta’ kull tgħanniqa. Tal-abbiltà tiegħek li tara u li temmen fil-bidla. Grazzi talli ħallejtni nħoss. Talli apparti lejn id-dawl qaddis, dawwartli wiċċi lejn id-dlam u għallimtni nħares lejh b’imħabba. Mhux tort tiegħek Ruth, kont tgħidli. M’għandek xejn li ma jitlaqx b’naqa sgrassatore. Dak il-kliem kien dejjem mediċina għalija. Kemm jien grata li f’dil-ħajja konna viċin u l-bogħod u viċin u l-bogħod u li tgħallimna niżfnu diż-żifna bin-nuances interminabbli tagħha. L-aħħar biċċa ta’ diż-żifna ma kontx lesta għaliha imma nwiegħdek li ħa nkompli niżfinha bl-aħjar mod li nista’. Bl-imħabba, entużjażmu u l-enerġija. Il-fjamma tiegħek tgħix u tħabbat f’qalbi għal dejjem. Nħossok miegħi. Jien miegħek ukoll. Nħobbok Andrew. Narak ma nafx meta lajf xxx

  4. Andrew, x ferh gibt mieghek meta twelidt! Jien kelli ftit inqas minn tnax -il sena. Kont qisek pupu… ic cicciobello tieghi…. ghal bidu kwazi bla xaghar xejn… imbaghad bdew tilghin nokkli sofor helwin. X bokka kellha bik in nanna…
    Kienet l ghaxqa tieghi nerfghak, niehdok ftit ghal kwiet u nkantalek xi haga biex torqod fuq spallti. Meta mbaghad bdejt tlissen xi kelma… kont nistaqsik x’jismek… u kont twegibni ‘Tentu’. Kellek tibqa tissaportini… ghax mieghi tat Tentu baqatlek 😊 Kemm kont niehu pjacir wara xi lezzjoni tal pjanu, nitla ghand in nanna u ninzertakom hemm… lilek u lil hutek! Maz zmien it toroq taghna nfirdu ftit u ma tantx bqajna niltaqghu bhal ma konna… ghajr forsi f xi party jew hekk… sa ma fl ahhar dhalt l Universita fi xjuhiti 😉 u bdejna niltaqghu ftit iktar l hemm u l hawn. Kont ta wens ghalija… wicc familjari f nofs gungla 😊 u l pacenzja li kont tiehu bija, meta ma jahdimx it turn it in jew xi haga simili!
    Zigu Zajg kien ukoll post fejn dejjem kont certa li se narak u nara xi haga interessanti minn tieghek… bravu Andrew… u bil pacenzja kollha toqghod tispjegalna x ghamilt u kif u x fatta.
    Dan l ahhar ftit li xejn iltqajna… imma kemm hadt gost naqra anedotti dwarek ta nies li kienu jqattghu hin mieghek dan l ahhar.

    ‘Aw kugina’ … hekk kont tghidli kull meta niltaqghu waqt li tghannaqni wahda kif taf int…u jien nghidlek “aw Tentu!’
    inhobbok Tentu xx sa ma nergghu niltaqghu ❤

  5. 9 ta’ Lulju, 13:07

    Nispera li dak it-Tortellini u c-Chinese li ordnat Marianne m’ghand il-Bolt waslilha qawwi u s-shih daqs it-talb u r-riti tal-bierah.

    Int min int ‘Marianne’ zidt lega ta’ assurdita li b; xi mod kienet propizja u minn hawn nibghatlek tghanniqa u hafna ghomor u sahha wkoll 🙂

  6. 6 ta’ Lulju, 20:32

    Kien għamel waħda dwar l-għ u l-ie. Li se jitneħħew mill-Malti. Tant daret mal-erbat irjieħ tal-internet li saħansitra l-Akkademja kellha toħroġ stqarrija biex tiċħadha.

    Għalkemm joqogħdu waħedhom, l-ironija ta’ ħafna mill-posts tiegħu tispikka aktar jekk wieħed ikun jaf x’kont tellajt dakinhar stess jew jum qabel. Kien hemm djalogu mqarqaċ għaddej bejn iż-żewġ paġni.
    Il-ħelwa kienet li ftit xhur wara li qam il-kjass kollu fuq il-parodija kont stedintu biex flimkien ma’ grupp ta’ żgħażagħ oħra nibdew naqilbu FB għall-Malti. Kien jagħtini pariri fuq kelma kelma waqt li taparsi la jien u lanqas hu ma nafu min kien hemm wara kelma b’kelma.

    https://www.facebook.com/kelmakelma.mt/
    https://www.facebook.com/kelmabkelma.mt/

  7. 6 ta’ Lulju, 20:32

    Ilni madwar nofs ta’ nhar nipprova niftakar precizament il-wording tal-pranks brillanti li Drew kien jaghmel (naturalment fl-anonimat) lil-pagna edukattiva ‘Kelma Kelma’. Li niftakar huwa li kien ikkopja precizsment id-dizinn tal-pagna taghhom u beda jimla Facebook b’testi sottilment sovversivi li kienu komikament ixejjnu l-iskop edukattiv tal-istess pagna. Jidhirli li din il-bawxata eccellenti sahansitra sal-kuriduri ta’ Brussell kienet waslet. Kif kien jixghel wiccu bil-pjacir meta okkazjonalment konna niftakru fiha. Probabilment wiehed mil-varji esperimenti tieghu li l-izjed ghamluh kburi ghalkemm kien miskin probabbli tah kedda ta Kristu lil Michael Spagnol. 🙂

  8. 30 ta’ Ġunju, 18:10

    Naf li s-sorprizi rmajn huma l-firma specjali tieghek. Li l-imprevedibbilta hija l-hobz u l-klijenta favorita tieghek. Imma din stajt frankajtielna sieheb. Minn imnejn taqbad tibda meta d-dizzjunarju f’daqqa wahda jinhass wisq xott biex jipprovdili kliem li b’xi mod jistaw jaghtuk il-gieh xieraq li jisthoqqlok. Proprju jien, li dejjem kelli l-kelma lestha, r-risposta pronta spiccajt niccassa fil-vojt qisni iblah. Illum m’ghandniex ghalfejn noqghodu mmahhu kif ser nemozzjonaw is-semmegha taghna Drin. Illum ghamiltha wahdek. Minghajr ma gejt bzonna. Minghajr il-htiega li ddoqq nota u fil-mument l-inqas mistenni. Hekk preciz kif thobb int. Qalbna mfarrka Andrew. Id-dieqa li jien u l-bqija ta’ dawk kollha li kellhom il-privilegg ikunu vicin tieghek qed ihossu hija inkalkulabbli. Naf li f’ okkazzjonijiet tragici bhal dawn il-folla ghandha habta tezagera l-attribwiti tajbin ta’ dak li jkun, imma filkaz tieghek, is-superlativi ma jservux. Nies bhalek ma jitwieldux kull sena. Veru kont genju kreattiv zghir. Min m’gharafx dan mhux ser noqghod nipprova nahli bzieq nipperswadih. M’hemm xi nzid xejn f’dar-rigward ma dak li bosta diga tennew fil-fora pubblici.

    Li nixtieq nikkommemora l-izjed huwa l-gojjell ta’ persuna li kont fuq livell uman. Is-sensittivita, l-imhabba li ma kontx tibza taghti u tircievi, is-sens ta’ komunita li kellek u r-rieda li tiddjaloga u tirraguna anke fl-aghar mumenti meta konna qieghdin nitilfu l-boxla u nahsbu minn sormna. Li ma kienx ghalik, kieku ilna li ntlifna. L-ahhar li rajtek konna qieghdin inharsu lejn ic-cafcifa tal-Bahar l-Ghadira waqt li neccitaw irwiehna dwar il-prospetti infiniti offruti mil-progettifuturi mhejjija. Ghannaqna lil-xulxin u ghidna il-kelma magika li bejn l-irgiel donnha tant tigi difficli. INHOBBOK. ANKE JIEN INHOBBOK MAR. Kien mument perfett. Mument li lanqas din id-dieqa nkredibbli u luttu enormi m’huma qatt ser itappnu. U jekk hemm xi hadd hemm barra pront biex jaqa ghat tentazzjoni facli li jishet il-hajja frott l-inevitabbilta tad-dieqa, tbatija mard jew mewt, nitlobkom tergaw tikkunsidraw sewwa. Il-hajja sabiha mhux minkejja dawn l-ostakli izda spiss proprju minhabba fihom ukoll. Drinu ma kienx ciniku. Drinu qatel ic-ciniku distruttiv li ghal snin twal kmandani. Drinu kien halliem. Drinu kien ihobb il-hajja. Drinu KIEN il-hajja…u hekk ser nibqaw niftakruh u nonorawh. INHOBBUK DRINU.

    Minn hawn nixtiequ nestendu s-simpatija kollha taghna lil familja, qraba u hbieb kollha tieghu. Kuragg.

  9. 4 July, 09:58

    Becs… fascinated by Andrew Schembri ‘s light installation at Science in the City in 2016, concentrating hard to control light patterns with her mind. Both gone way too soon. Now they’re somewhere in the same place, I’m sure she’s just as fascinated and loving what Andrew’s doing now. Perhaps they’d even collaborate on something, as Becs really enthusiastically embraced anything which combined art with science.

  10. 30 June, 16:48

    The news you never want to hear – just 10/11 days ago we were eating rabbit and joking with your bandmates in Brikkuni together with Gogol Bordello followed by a blinding concert the next day.

    RIP Andrew – Deepest condolences to your family and friends.

  11. 1 July, 11:57

    Our hearts break impossibly over the immense loss of Andrew Schembri.

    His boundless, trailblazing genius, pure passion for mustering magic up and his sheer dedication to the creation of unforgettable experiences on and off Rock the South’s and any other major cultural event’s stages throughout our scene’s recent timeline, is a deeply rare, unique and iconic force that will keep lighting our hearts up forever. He was instrumental in this exponential altering and bettering of our cultural landscape’s approach to light and space, and always did so with his instinctively beaming, heartwarming presence every step of the way. Thank you for everything Andrew.

    Every light will be much dimmer now, but he made it possible for us all to be able to dream of things being able to get brighter and more dazzling still. Sending all of our love to his family, friends, bandmates and collaborators.

  12. 3 July, 10:51

    Lights, colours, beauty in all forms.

    This was life with Andrew.

    Thank you for capturing this so poignantly Seb Tanti Burlò 💛

    Sometimes, in the midst of a gathering, we would sit together quietly and observe our friends with a sense of awe and wonder, shaking our heads in disbelief at first, because what we were wit(h)nessing was almost too beautiful to be real. Then we would look at each other and nod as the disbelief melted away.

    “Ħeq, aħna nies ta’l-estetiċi”, Andrew used to say in these moment. Though we always knew that this was about much more than surface-level aesthetics. It’s about a way of life: gathering artfully, acknowledging, appreciating, designing and cultivating beauty and joy in everything we did.

    Every moment was a picture.

    Every gesture imbued with care and intention.

    Every interaction steeped in deep awareness, sincere love, and immense gratitude for the miracles around us.

    How blessed we have been.
    🌈🎈💜🌱🔥✨

  13. 30 ta’ Ġunju, 16:13

    Andrew kien wieħed mill-aktar membri enerġetiċi tat-team meta dħalt għall-ħidma bħala direttur artistiku ta’ Spazju Kreattiv.

    Id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu.

    Kondoljanzi lill-familja kollha tiegħu kif ukoll lil dawk qrib tiegħu f’dan il-mument diffiċli. Telfa sostanzjali din. Jiddispjaċini ħafna.

  14. 30 ta’ Ġunju, 16:46

    Lil Andrew kelli l-pjaċir narah jikber u jiżviluppa fl-artist promettenti li ħafna jafuh illum. Tifel ġenwien li dejjem kien ifittex jitgħallem u juża l-kurżita’ tiegħu biex jiżviluppa ideat u proġetti kreattivi. Kull laqgħa kienet tibda b’dik id-daħka sinomina miegħu u d-domanda ta’ “X’sa nivvintaw sabiħ?”… Ħallejtni miblugħ sieħbi…

    Jalla fejn tinsab issib il-paċi u s-serenita’ li jixraqlek. Kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb tiegħu f’dan il-mument diffiċli.

  15. 30 ta’ Ġunju, 17:27

    Meta ktibt f’ċ-ċirkustanzi koroħ bħal dawn dan l-aħħar, kien xi veteran tat-teatru li għallimni jew li ħdimt miegħu, iżda Andrew kien għadu żgħir wisq biex tinkiteb xi ħaġa hekk fuqu. Wisq. Traġedja kehra – l-għomor u ħafna imħabba lil familja. Qas naħseb ma rrid. Traġedja kehra għas-settur kollu, u lilhinn.

    Lil Andrew niftakru żgħir, dejjem kreattiv immens, daħqa titieħed u spirtu ta’ barra min hawn, free spirit kif jgħidu. Inserta anke ġie t-tieġ tiegħi u, spiċċa jagħmel show jiżfen u jitbissem. Minn hemm ħdimna fuq Festa Festun f’Notte Bianca, imbagħad fetħu late interactive u kellhom aktar installazjonijiet, ħdimna tajjeb wisq fuq O., Drago u… xtaqt ħafna li l-lista tkompli, tkompli ħafna. Għax ma Andrew kellek team player barra kollaboratur kreattiv bis-sens. Dejjem bit-tbissima Andrew, jekk hux l-għaxra jew it-tlieta ta’ filgħodu. Ma kienx ikun hemm darba li jitlef xi pre-show ritual, anzi kien jikolhom. Barra li kien mużiċist u artist fil-ħoss, kien trailblazer f’settur li konna għadna fi żmien il-ħaġar fiħ, id-dawl.

    Ma għandiex aptit nikteb wisq. Pero hemm anedettu li nixtieq ngħidu. Kien wara xi prova jew show ta’ O mingħalija qabel ma ġiet postposta l-ewwel darba. Ħriġna mit-teatru, kien wara nofsinhar u konna quddiem il-Manoel neżlin l-isfel,, u kien saqsini kif jien. Għidtlu orrite imma daqxejn għajjien, għax bdejt ngħidlu kelli hafna x’naghmel u semmejtlu xi proġetti u hekk u li qed inhossni naqra “maħruq” , forsi ġiet tajba li postposta għax kelli bżonn ftit break. Qalli “ħu hsieb” jew “attent” insejt il-kelma eżatt, “ghax l-energija li għanda hija finite” u qisu b’xi mod b’kif qalha spjega li ma tridx tużaha kollha malajr wisq. Forsi issa qed nifhem ghal fejn baqat daqshekk stampata go moħħi, minkejja kemm ninsa mumenti anke importanti f’ħajti. Il-ħajja meravilja, bħal Andrew.

    Issa Id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu. Nispera li jixgħelu hu, għax ara xi ġmiel ta’ stillel ikolna kieku.

    Saħħa sieħeb. Grazzi u prosit ta’ kollox x

  16. 30 ta’ Ġunju, 17:52

    Lil Andrew Schembri ma kontx nafu mill-qrib, izda kont nammirah hafna. Zaghzugh ta’ talent u kapacita kbira, persuna li facli titkellem mieghu u li kont inkun qed inhares il quddiem biex nara xi progett gdid tieghu. Bqajt imbellah bl-ahbar, ghax f’mohhi dejjem immaginajtu bniedem li se jitla l-ikbar quccati. Hasra kbira li l-vjagg tieghu kellu jispicca hawn, kemm ghall arti lokali kif ukoll ghax Malta tilfet xi hadd verament specjali. Kondoljanzi minn qalbi lill-familjari tieghu f’dan il-mument tant iebes.

  17. Il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju, fil-10:58pm

    Għamilt sagħtejn waranofsinhar niċċassa fil-vojt. L-aħħar li tkellimna sew sena ilu Rock The South u fil-produzzjoni ta’ Tony Drago…bniedem t’intellett infinit u kreattività kaotika. Illejla kelli ndoqq u wara żmien twil ħafna, inzertajt bl-acoustic. U avolja int u l-gosti tiegħek forsi inbidlu maż-żmien, kif tfaċċat waħda tal-Oasis erġajt ħsibt fik, kif niftakrek l-isbaħ…fuq il-palk tas-Savio qabel l-assembly filgħodu; lill-kitarra taqlagħla l-ħara mal-Britrock.

    Strieħ fis-sliem Andrew. Kondoljanzi lill-familja, ħbieb u artisti qrib tiegħu.

  18. Dear Andrew,

    You were a friend, a gentleman and an inspiration to everyone that knew you.
    I’ll treasure the memories that were made together, many of which were painted with the brilliance of your work.

    You really knew how to capture a moment to make it last forever.

    You captured both hearts and minds.

    Shine on ✨

  19. Andrew, bhal bierah sitt snin ilu kont dawwaltilna l launch tal album “tfejt” gewwa s st. James. Kont uzajt skoss lampshades random biex tpoggihom madwar il palk, quddiemna, tahtna u fuqna u tgholli u tbaxxi d dawl skont kif ridtu int, u b hekk hloqt atmosfera maġika li verament kienet tmur mat tema tal launch. Niftakar li kont bqajt impressjonat bil genjalita tieghek u kif mix-xejn, irnexxielek taghmel hafna. Nimmisjawk andrew. Qatt minsi.

  20. Hemm ħafna x’ngħid u fl-istess ħin il-kliem kollu bla sens. Ma konnix nitkellmu ta’ spiss, imma d-darba fil li konna, konna nidħlu fil-fond. Fost oħrajn, ngħożż hafna dik il-konverżazzjoni li bdiet minn tislima fi pjazza San Ġorġ, il-Belt, f’Novembru. Ma kontx ilek ħafna Malta u aħna konna btala hemm. Ħbatna fik waqt li kont qed tlesti xi dawl (ovvjament) għal xi festival (forsi ŻiguŻajg?). Xejjirnilek jien u Rob u ġejt tiġri. Ħsibna ħa ngħidu zewg kelmiet iżda għamilna kważi sagħtejn inparlaw. Niftakar ċar għajnejk ileqqu waqt li titkellem b’passjoni kbira fuq il-pjanijiet kollha li kellek biex iddawwal kull m’hemm. Umbgħad qsamt magħna dak li ħassejt kien qed iżommok lura – “nibża li tikber iktar minni – naħseb ‘fear of failure’ il-problema”. Dort fuqek, dak iż-żmien ma kontx ili tant nistudja fid-diploma tal-coaching u għidtlek: “Mhux għal xi ħaga, imma milli qed tgħid, jinstema ħafna iktar bħala ‘fear of success’”. Għajnejk għadhom ileqqu, infetħu beraħ, bħal bozza oħra li xegħlet mal-bosta. Għidtli li qatt ma kont smajt biha dil-ħaga imma li tagħmel ħafna, ħafna sens. Kont eċitat li hemm deskrizzjoni aħjar għal dak li kont qed tħoss. Komplejna nitħadtu fuqha sakemm sar wisq ħin.

    Kemm jien kuntenta li ma ħallejt xejn iwaqqfek. Kemm jien kuntenta li ħallejtha tikber iktar minnek. Kemm jien imdejqa li intefa d-dawl fuq il-ħajja umana tiegħek, imma ħallejt dijja warajk, magħmulha minn memorji mill-isbaħ, mħabba kbira u ammirazzjoni għall-persuna bla qies li kont.

    Nispera li taf li fil-ħajja dan hu l vera suċċess. U mhux talli ma kellekx għaliex tibża minnu, talli aħna lkoll li fadal hawn imbikkmin, naspiraw li niksbu dat-tip ta suċċess f’ħajjitna wkoll. Forsi qatt bħalek imma, Drin. Għax int verament uniku.

    Mhux ħa ngħidlek strieħ, għax naħseb ma tafx kif. Imma kompli dawwal, dejjem kompli dawwal.

    (Qed ninlkudi ritratt minn dakinhar li ltqajna u poeżija li qsamt fuq il-midja soċjali li tassew ħassejt li qisha miktubha fuqek u għalik.)

  21. Is-sliem, Andrew; inħoss li ilni nafek il-biċċa l-kbira ta’ ħajtek, sa minn meta kont tifel t’10, 11-il sena u tfaċċajt is-Savio. Minn dejjem niftakrek b’dik il-ħarsa ta’ mqarbezza – imqarbezza li ġejja minn post t’onestà, kurżità, u intelliġenza. Ma konniex ħbieb kbar, imma segwejtek mill-bogħod – u xi minn daqqiet mill-qrib – f’xi laqgħat li prasparna f’ġieħ il-Malti fl-Għaqda tal-Malti jew f’KUL, fuq l-istejġ tal-Brikkuni, u inti u tarma l-isbaħ stejġis ta’ Inizjamed.

    U minkejja li rajtek tikber, rajtek tibqa’ tifel b’dik il-ħarsa ta’ mqarbezza – u din abbli kienet l-akbar kisba tiegħek: iċ-ċajt bla kantunieri, l-altruiżmu u l-onestà, u doża kbira ħafna t’intelliġenza li fid-dinja tiegħek setgħet tissarraf b’umiltà. Grazzi!

  22. Sirt nafek waqt il-provi ta’ Boscofest, dejjem tiċċajta. Imbagħad mort il-Polonja ma’ Shawn u sirtu close, u minħabba li jien u Shawn daqt inrabbu s-sadid ovvjament sirt nafek iktar. Everybody Matters kirn proġett tal-ġenn li ħdimna fih flimkien… inħares lejn ir-ritratti u nitbissem hekk kif niftakar xi praspura bħal tat-trolli. Rajtek xi drabi ŻiguŻajg meta nġibu t-tfal tal-klassi jrw iddoqq Brikkuni u kull darba li niltaqgħu qisu qatt m’għadda żmien minn fuqna. Bniedem b’qalb tajba, jġiegħlek tħossok milqugħ, kreattiv għall-ostra, uniku u bravissimu. Ħallejt bosta qalbhom maqsuma Drin… strieħ issa u -u gost fejn qiegħed!!

  23. F’ġimgħa li kienet tqila u kerha u iebsa minn qaddisha, li bdiet b’ġibda kbira ‘l isfel, kien hemm ħafna u ħafna dawl (nerġgħu għall-klixèjiet, imma bħalissa huma l-verità) — tgħanniqa kbira, kostanti, ta’ nies ikellmu lil nies, jiltaqgħu ma’ nies, ilaqqgħu lin-nies. Qisu b’xi mod, Andrew sab kif idur mal-kruha li ħarqet lil dan il-pajjiż u ra kif jgħaqqad lil ħafna nies. Li sab kif jgħidilna li, xi darba, b’xi mod, l-affarijiet se jkunu ok. Kif ġieli kiteb fil-messaġġi: dowwori.

  24. Andrew!
    Kien ili ma narak snin. Però l-ftit li kont sirt nafek permezz tal-proġett Everybuddy Matters ta’ SPYS urejtna l-moħħ Tal-ġenn u kreattiv li kont imżejjen bih. Ma taħsibhix darbtejn biex tagħmel xi mutetta, kummiedja… Jew iddoqq drumkit waqt li tpoġġi fi trolley tax-xiri.
    Malli ġimgħa ilu ħallejtna, id-dinja naqsilha d-dawl, naqsilha l-kulur, u naqsilha… Andrew. Bniedem, moħħ u karattru uniku. Żagħżugħ b’futur tal-blieh quddiemu. Futur li mhux ser ikun. Imma li l-legat tiegħek, minkejja l-età żgħira tiegħek, ser jibqa’ hawn.
    Li ma tistax tkompli fid-dinja nispera li tista’ tkompliulh f’dinja oħra ħabib.

  25. Din kienet għalik Drin…

    Tiftakar? Kont għedtli li int iddoqq bil-widna u bl-akkordji, u rrekordjajthielek biex iddoqqha int. Kien fl-2017…il-produzzjoni kien jisimha ‘Inwardly Silent’…fuq l-esperjenza ta’ xi ħadd li salva mill-mewt wara inċident iżda tilef kważi kollox u ġie lura qisu tifel ta’ tlettax. ‘Start at A’…erġa ibda mill-bidu…

    Kont kważi insejtha dik id-diska. Tiskanta kif l-imgħoddi kultant jerġa’ jiġi lura u dak li kont taħsbu ħabib antik, tarah barrani…kważi aljen. Mhux talli, talli kont insejt li rrekordjajtha…u jien u nfittex il-kliem fl-emails, sibt l-email li kont bgħattlek bil-kliem u l-mużika, u din ir-reġistrazzjoni ta’ malajr. Rajtek ħafna iktar drabi, u ħdimna fuq aktar affarjiet flimkien, iżda fost tant memorji sbieħ, din ġiet tniggiżni lura. Xi dritt għandi jien nikteb fuq il-mewt? Fuq il-bidu ġdid? Fuq id-dgħufija tagħna? Għalissa m’għandix tweġiba. Għalissa kull m’għandi hi biss din l-għanja fqira u imperfetta. Int għalissa m’hemmx għalfejn tistenna…int erġa ibda doqq…erġa ibda iddi…

    (Il-kliem tad-diska mhux tiegħi iżda fuq poeżija ta’ Miriam Calleja)

  26. Andrew I will always remember you for the creative talented and jolly person that you were. Fond memories of your Savio College days especially your participation and enthusiasm during the camps and Boscofests and your endless juggling skills and your music.

    Most of all, I will never forget your sense of fairness and justice that was ever present.

    Rest easy my friend

    Il Wini

  27. We met in 2005, you were 12 and I was 14… We didn’t speak much, but we were in the same youth group for quite a few years… Fast forward to 2016 and I started seeing more of you, through your work with light exhibits, and through a new group of musical friends… we still never spoke at length, but you could always make me smile with your witty comments.

    I was fascinated by your work and talent… both when you would play guitar and clown around when we were younger, and as an adult when I would see you perform or set up impeccable lighting. I was also a fan of your fashion sense, and would look out for you in a crowd to see what you were wearing.

    We have lost a gem of a person. May your soul find the peace it so deserves.

    PS: Thank you for patiently playing Zizza’s guitar during the Bambinella launch rehearsals, to help me get the note of my part in Kanzunetta Biex Timla… I never told you, but every time we perform it, I always replay that scene in my head and hear you guiding me.

  28. “Ara Andrew”

    “Aw xbin!”

    Ma konniex hbieb kbar jew spissi, pero iltqajna tul is snin, induru fl-istess crieki, bir-ritmu ta’ inzertaturi il-Gugar, festini oskuri, gigs.

    Dahqa mqarrba, cajta, u tkompli. Ghandi dieqa nahseb fuq li mhux ha nerga ninzertak. Kemm inti specjali. Anka issa fit telfa tieghek urejtna kemm kont persuna specjali, mahbuba u amirata, b’kemm missejt qlub nies.

    Niftakar l ewwel darba li ltqajt mieghek Gugar, ma’ Ruth, snin ilu. Mill ewwel ingbidt lejk, tigik facli tkellem lil kulhadd, ittajjat dik l energija li tant gibdet nies. Xtaqt stajt sirt iktar hbieb mieghek, u forsi sahansitra nkun iktar bhalek. Nammirak Andrew.

    Kondoljanzi lil familja u hbieb, j’alla jsibu l wens fil-wirt ta’ mhabba u pozittivita li Andrew rabba u xerred ma’ kulhadd.

  29. Ma nafx xi kliem iżjed nista’ inzid, imma minn mindu konna żgħar, dejjem b’dik it-tbissima tixgħel, ċajt u daħq sfrenat u dejjem tgħallimni xi biċċa maġija ġdida. Din il-kreattività u enerġija kompliet tikber u tinbet, u dejjem kont kburija bik meta kont inzertajtek iddoqq il-graduation ball tal-Università, u kull kunċert ta’ Brikkuni li attendejt. Tlifna ħafna, imma nirringrazzjak tal-wisq iktar memorji li ħallejtilna x’ngħożżu. Għannaq lin-nanna u lil Uncle Joe għalina.. Sakemm nerġgħu niltaqgħu, sabiħ.

  30. “Nancy, meta ħa tbiegħli l-Grillioso?” qatt ma ninsa kemm kont tiġi tiġri tgħidieli bi tbissima fuq wiċċek waqt KULL rehearsal ta BOSCOfest (u anke waqt il-performance innifsha)… Dejjem kont titgħaxxaq tara lil ħaddieħor jidħaq – u dejjem kont tara x’ħa tivvinta biex iddaħħaqna! 😊

    Inħossni xxurtjata li kelli l-opportunita’ nsir nafek meta kont għadek żgħir, u għalkemm fi żmien riċenti ma tantx konna għadna niltaqaw, kont għadni nitgħaxxaq narak tikber bħala artist u bħala raġel – dejjem lest b’xi ċajta, idea brillanti, u tbissima. Id-dawl tiegħek f’qalbna ma jintefa qatt!

    Strieh fi sliem, Andrew. 🖤

  31. lil Andrew ma nafux, qatt ma ltqajt miegħu …

    naf biss l-arti tiegħu: il-ħoss tal-kitarra tiegħu li sebbaħ tant mumenti f’ħajti u d-disinji tad-dawl tiegħu li affaxxinawni f’tant mumenti oħra.

    Alla lliberak minn dil-pjaga kiefra (neoliberali).

  32. Ghaziz Andrew,

    Ghalkhemm iltqajna ftit drabi biss fil-qasam tat-teatru ma nistax nghid li kont nafek mill-qarib, izda int kont dik it-tip ta’ persuna li m’hemmx ghalfejn tarak spiss biex thalli impatt fuq il-hajja ta’ dak li jkun. Nispera li fejn qieghed fl-ahhar hieles mit- tbatijiet tal-hajja. Il-legat u l-impatt li hallejt fil-hajja ta’ kull min sar jafek se jibqa ghal dejjem.

  33. Ghalkhemm konna ilna nifrekwentaw l-istess postijiet u nghidu xi kelma l’hemm u l’hawn u x’naf jien, inzerta li kelli jkun dal-ahhar xaghar li sirna nafu lil xulxin sew. Habba f’hekk minix se ntawwal ghax ma kienx hemm tul, imma wara li tljat Berlin u qattajna xi 3 ijiem nimxu mal-belt u nparlaw, s-sahha tal-karatru tieghek gibditni b’mod li qbajt nsemmi dawn il-mixjiet u f’ghajnejja kienu qishom fondazzjoni ta’ hbiberija gdida. Is-smewwiet qishom kellhom pjanijiet ohra ghalik, imma xejn ma jista’ jinnega l-fatt li bqajt haj f’qlub n-nies kollha li qatt kellhom ix-xorti jghidu kelma mieghek.

    Nerga nghid, ma tantx ili nafek sew xi zmien twil, imma hassejt imhabba genwina lejk, u nittama li kont taf.
    Strieh fis-sliem Andrew tad-dawl.

  34. Ilna wisq ma nużaw dil-paġna u lanqas nixtiequ nemmnu li qed nerġgħu nużawha biex insellmu lil Andrew. X’kien fik Drin! Fl-aħħar jiem stajna biss inqallbu fil-messaġġi li konna nibagħtu lil xulxin. Daqqa b’idea. Daqqa b’idea aħjar. Daqqa b’pun jew ċajta tajba. Kien fik id-dawl! Grazzi ta’ dak li kont u se tibqa’ tkun għalina kollha. La nerġgħu niltaqgħu nittamaw li nibqgħu nilagħbu, niżfnu u nivvintaw. U l-aħjar wieħed li tilgħab, tiżfen u tivvinta, tkun int.

  35. Ma kontx inqatta’ s-sigħat miegħek, imma kemm-il siegħa qattajna flimkien.

    Hemm l-ewwel drabi bdejt tesperimenta bid-dawl u ħdimna flimkien il-proġett “Ċumm Paqq Bumm” għal ŻiguŻajg. Jien u Kit Azzopardi wkoll konna għadna nibdew b’KUL u kellna ħafna enerġija — imma aktarx inti l-iktar wieħed li eċitajt ruħek. Minn ftit bozoz u effetti ‘l hawn u ‘l hemm, ħloqt meravilja sħiħa li kabbartha fil-Late Interactive. Imbagħad hemm l-iljieli t-teatru. Bejn dramm u ieħor. U pun u oħra. U ż-żfin.

    Ma nafx kemm qbiżna fil-ġonna ta’ Mount Carmel wara t-tnedija ta’ “Rub Al Khali” tal-BRIKKUNI imma niftakarna naqbżu ħafna, ħafjin. Imbagħad hemm il-Festival Mediterraju tal-Letteratura ta’ Malta li verament kont iddawlu, litteralment u metaforikament. Kemm kont nieħu gost nerġa’ narak wara ftit żmien. Kont wieħed minna ta’ Inizjamed inti wkoll.

    U kull darba li narak, nitgħannqu bħallikieku l-ewwel darba, jew l-aħħar darba. U ġieli għedna nħobbok, hekk, b’apprezzament għall-ħajja. Kemm jiena grata li d-dinja daqet nies sbieħ bħalek. Għajnejk dejjem jixegħlu. Bħad-drabi li ntfajt fuq wara ħdejk, waqt li tkun armat għal xi party. Kemm kien fik gost!

    Imma fuq kollox niftakar din. Probabbilment waħda mill-ewwel drabi li tkellimna. Xtaqt lil xi ħadd idoqq miegħi waqt attività marbuta ma’ “Gramma”. Sa kont ġej id-dar, għand ommi, Ħal Luqa, biex nipprattikaw flimkien. Dakinhar, konna kantajna “Yellow”. U se nħalli l-ewwel ftit versi tagħha hawn.

    Look at the stars
    Look how they shine for you

    Tgħanniqa, sbejjaħ. Inħobbuk 💛

  36. Biċċa waħda mix-xogħolijiet ta’ Andrew u Toni (Late Interactive). Dan kien mument wisq sabiħ u ħloqna xi haġa li saret mill-qalb. F’waqt ħinijiet ta’ stennija jien (Franco) u Andrew konna nintefgħu bil-kitarra u kien urieni xi jdoqq fuq il-kitarra. Kont ħassejt li Andrew fluwidu ħafna fuq il kitarra bħala ideat. Kien qalli kemm xtaq ikun bħali u għidtlu li dak li jagħmel għazel lilu u d-dispozzizjoni li kellu għal oriġinalita’ b’id dwal u kont għidtlu kemm nammirah li qed jaghti kontribut importanti u ssebbaħħ il-mużika preżentata mill-muziċistiu bands. Dan konna għadna 2017. Wara dan kien inghaqad mal brikkuni u kont fraħtlu mill-qalb għax kienet se jkun żmien fejn hemm se jieħu forma għal bidla b’kontinwita’.

  37. Sending courage and strength to Andrew family and closests hearts.. One thing i have from his recent voice note says ‘lets elimate all dark, elimate all dark claire’ he doesnt want us in the dark.. we ll cherish his light and immense beauty of being forever. He spent his lifetime beaming his brilliance light from every plane and senses..always the easiest to Love Admire Learn from immense being . We ll Miss you dearly and will sing all light you shared with us in all my lifetime.

    Inħobbuk u nghożżuk dejjem Andrew🤍✨🕯🕊
    Magħna ħa tkompli tixel dejjem għażiż..u nixelu miegħek niċċelebrawk✨🫀

    Ghamilt tant sbuhija bhajjtek u bghemilek li anke wara li tlaqt ha tibqa xxerred d dawl, u ikbar ghax ha naghmlu mezz li nkomplu nkattruh u nxerrduh, nhobbu u nixelu lejna nfusna u lejn xulxin kif dejjem urejtna drew.. d dawl tieghek mhux talli mhu se jintefa qatt imma ha jixel aktar ghax hawwilt mixer go qlubna u cue li ha nonorawk bih, ha nkomplu nhobbu u naghmlu d dawl Andrew kif tixtieq int u ghallimtna ghażiż, kull demgha ha titrasforma f sahha ukoll tinkwetax, xi privilegg taghjtna li mmarkajtna btant sbuhija fiż żmien li ghamilt maghna, nonorak u nghażal d dawl dejjem drew, ha tixel aktar issa ghax kollha kemm ahna ha nkomplu nxerrdu kull ma ghamilt maghna, d dija tieghek hi infinita. Nhobbuk u nhossu limhabba tieghek ghażiż, fkull haga sabieha nlompli narak, u fid dlam nixel d dawl li int ghallimtni kif. Nirringrażjak sbujiha hajja u ta vera, lil inn mil gisem, andrew tad dawl tixel dejjem u nkomplu nsebbhu d dinja ahna u nxerrdu dak li qsamt maghna ghażiż🔭✨🪩🫀

    Nhossok u nhoss l qawwa tal qalb u d dawl, a nkomplu nxerduha sbejjah. Nhobbuk dejjem, bla qies.

  38. I taught Andrew philosophy from 2008-2010. He was an intelligent, witty, and energetic student and (eventually) friend. I would sometimes bump into him at arts related events after he left the college; he would always rush to say hello, and we would always share a few jokes and laughs. There is much more one can say about this special soul, but I am honestly lost for words at the moment. Here is a picture from their last philosophy class in 2010. Andrew (with help from his peers) took the time to fill the whiteboard with inside jokes and other funny anecdotes. I feel that the picture is a real testament to the kind of person he was. I will miss him, as will the many people who loved him and his wonderful energy.

  39. Lil Andrew qatt ma kellimtu, imma f’kull kuncert ta’ Brikkuni kont narah u dejjem kont nammirah. Dejjem kont nghid, minjaf kif gej liebes illum, dejjem niftakru b’zarbuna kulur u zarbuna kulur iehor. Converse kien niftakar. “Istra kemm hu cool kemm nixtieq insir nafu” kont nghid. Meta kien idoqq, kien isahhar kull m’hemm. Kont nibqa ccassata li jezisti dan it-talent kollu fuq din il-gebla. Kien jimla kamra bl-energija tahraq tieghu u kien il-karattru principali ta’ kull kamra li jidhol fiha. Ma kontx nafu sew, izda ghadni mdejqa daqslikieku kien l-ikbar habib tieghu. Nispera li xi darba jkolli c-cans nghidielhu dik.

  40. Is-Sibt l-1 ta’ Lulju, fis-12:54

    Qed ngħumu f’mewġa… ta’ niket kbir u fl-istess ħin, ta’ ħafna tifkiriet ta’ kemm Andrew kien bniedem sabiħ.

    Ilbieraħ filgħaxija “konna” ma’ Wisława Szymborska — suppost pass eqreb biex nerġgħu nibdew il-ħidma ma’ Andrew. Sibna ftit wens f’din l-istrofa, tradotta minn Antoine Cassar, minn Kelmtejn Dwar ir-Ruħ:

    Għar-ruħ, l-hena u n-niket
    mhumiex differenti minn xulxin.
    Anzi, tieqaf magħna biss
    meta t-tnejn jingħaqdu.

    Għadna ma nafux x’se nagħmlu, kif se nagħmlu li għandna nagħmlu, għax suppost din kellha tkun is-sena li miegħek naħdmu ferm eqreb mis-snin ta’ qabel. Imma nafu li b’xi mod, idek se tkun hemm. Grazzi ta’ kulma għamilt magħna, ta’ kulma għamiltilna.

    (grazzi lil Virginia Monteforte, li qabdet dawn il-mumenti b’mod tant sabiħ)

  41. Il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju, fil-16:47

    Mitt-elf klixè meta jħarbtuk erba’ kelmiet, li miet Andrew tal-Late. “Daqshekk dawl.” “Issa dlam.”

    Waqt ir-Rock for Richmond li għadda, indunajna li wasal Andrew għax daħlet figura liebsa gejxa tkanġi. Fid-dlam, bit-tul tiegħu, b’xagħru folt, bdawk il-kuluri tal-ħarir iduru miegħu, kien mhux ta’ did-dinja.

    Kien ħu xi ħadd għażiż għalina. Kien għażiż għalina hu. Meta konna mitna fil-pandemija, kien qajjimna hu b’ħafna sbuħija, għax id-dehra tal-festival dawn l-aħħar sentejn, kienet 80% xogħlu. Illum stess kellna nkellmuh u tibqa’ mdendla dik il-mannara tal-“min jaf…”

    Bħalissa baħħ il-ħsieb, ix-xewqa. Nafu biss li mingħajru m’aħniex l-istess. U sbieħ it-tifkiriet u sabiħ kien hu, il-mod li kien jagħmlu hu, kif kien jitkellem hu, kif kien idawrek hu. Dan li hemm fir-ritratt xogħlu. Xi mkien f’dik il-foga hemm hu. Fiċ-ċpar tan-nuqqas ta’ loġika, xi mkien hemm hu. Fil-vojt, hemm hu. U aħna stagħnejna għax għal ftit wisq żmien magħna kien hemm hu.

    (Ritratt ta’ xogħol Andrew, meħud minn Virginia Monteforte.)

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

The maximum upload file size: 512 MB. You can upload: image, audio, video, document, spreadsheet, interactive, text, archive, code, other. Links to YouTube, Facebook, Twitter and other services inserted in the comment text will be automatically embedded. Drop files here